CORPORATE CITIZENSHIP FOR RESPONSIBLE ENTERPRISES

CORPORATE CITIZENSHIP FOR RESPONSIBLE ENTERPRISES

ARTICLES AND NEWS

Core Press Release

10 September 2015

Written by 

Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca tniedi l-Assocjazzjoni CORE (Corporate Citizenship for Responsible Enterprises)

Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca dalghodu nediet l-Assocjazzjoni CORE (Corporate Citizenship for Responsible Enterprises) li nholqot bil-ghan li tikkrea pjattaforma ghal djalogu, qsim ta’ ideat, u taghlim dwar kif f’pajjizna, il-Corporate Social Responsibility jibqa’ jissahhah. Dan se jkun qed isir ukoll bis-sehem ta’ imsiehba internazzjonali. Il-President ta’ Malta ffacilitat u tat appogg shih biex l-Assocjazzjoni CORE, li se tkun qed taqa’ taht il-Kamra talKummerc, l-Intrapriza u l-Industrija, titwaqqaf.

Waqt it-tnedija ta’ CORE fil-Palazz ta’ San Anton, il-President ta’ Malta spjegat kif l-ezercizzju ta’ CSR ilu jithaddem minn kumpaniji Maltin ghal ghadd ta’ snin b’entuzjazmu, fejn minbarra l-ghan ta’ operat li jrendi l-qligh fil-kumpaniji, jithaddmu kuncetti filantropici u l-gid ghas-socjetà. IlPresident spjegat kif illum il-kumpaniji rrealizzaw kif thaddim tan-negozju b’responsabbiltà lejn issocjetà huwa ingredjent krucjali ghal zvilupp sostenibbli. Irrimarkat kif il-principju wara s-CSR huwa dak li filwaqt li negozju jimmira li jaghmel il-profitt, jaghmel dan billi jaghti lura lis-socjetà iktar valur fosthom b’harsien ghall-ambjent, u gid lill-komunità.

Il-President spjegat kif kumpaniji li jhaddmu is-CSR ikollhom impatt pozittiv fuq il-gid talimpjegati u l-motivazzjoni taghhom. Qalet li kumpaniji li ghandhom impenn shih fis-CSR isibuha iktar facli li jimpjegaw lill-haddiema u jkollhom iktar haddiema li jaghzlu li jibqghu jahdmu malkumpanija bil-beneficcji li din tal-ahhar iggib maghha. Iktar minn hekk, illum il-gurnata qed jizdiedu klijenti li jippreferu jixtru servizzi jew prodotti minn kumpaniji li jhaddmu s-CSR ghaliex ihossu li qeghdin jaghtuhom iktar valur, filwaqt li jigi mhares l-ambjent.

Il-President elenkat ricerka li saret fl-2011 fil-pajjiz mill-Kamra tal-Kummerc, l-Intrapriza u lIndustrija, fejn instab li 88% tal-kumpaniji f’pajjizna huma attivi fis-CSR, u li 79% ta’ dawn l-istess kumpaniji ddikjaraw li dan l-ezercizzju kien ta’ beneficcju ghall-istess operat tal-kumpanija.

Stharrig li sar sentejn ilu mill-kumpanija Price Waterhouse Coopers zvela kif hamsin fil-mija talkumpaniji lokali hadmu biex bl-operat taghhom inaqqsu l-hsara ambjentali, u jaghmlu uzu ahjar talilma, elettriku u mmaniggjar ahjar tal-iskart.

Il-President ghalqet billi awgurat lil din l-assocjazzjoni sabiex taghmel il-gid fis-socjetà, li huwa lghan li ghalih twaqqfet.

Din l-assocjazzjoni twaqqfet fi zmien opportun meta l-Gnus Maghquda dalwaqt jipprezentaw ilmiri ghall-izvilupp sostenibbli, fejn wiehed minn dawn l-ghanijiet hwua proprju li jheggeg lillpajjizi u lill-kumpaniji biex ihaddnu l-kuncett tal-Corporate Social Responsibility.

-

Download the Press Release here

core pr1

core pr2

RECOMMENDED READS